Illum l-ahhar Jum il Missier
Mal mejda ngbarna biex mill gdid
Hajr inroddulek l-ulied
Nixtieq Missier insib il kliem
Imma xnista nghid jien lil haddiem?
Li fis skiet tbaghal w ismu ser ihalli biss
Fuq l-irham taht ic cipress
Isa tbissem ftit
Sa ma niehdu r ritratt
Kif dejjem ghamilt
Kif suppost jaghmel kulhadd
Min hu l-itwal, id Alla jew denb ix xitan?
Fejn spicca ibnek, fejn spiccajt jien?
Fejn mar il wens u l paci ta dawk il jiem
Meta kont tqabbizni fuq kull sieq?
Nixtieq nemmen fi pjan divin
Li l hziena jifred mit twajbin
Kieku nipprova ninbidel, insir hanin
Biex nerga nsibek vicin
Isa tbissem ftit
Sa ma niehdu r ritratt
Kif dejjem ghamilt
Kif suppost jaghmel kulhadd
Illum għal ftit nessejniek
Biss ara tittawwal
Lil hinn minn dan lghabex wennies
Liem gharef jaf il kejl preciz
Ta kelma li ssabbar
Ta kelma li twitti t triq
Kif hija ghannqek rajtek tingibed lura blugigh
Wirja ta mhabba ma tghaddix minghajr daqqa ta sieq
Qabel jiskura s sema jikxef lisbah ilwien
Hares il fuq Joe
Ara kemm hu kbir
Il Bambin